Saturday, December 21, 2024

Il-każi attivi jibqgħu jiżdiedu b’aktar każi ġodda minn fejqan

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mill-1,810 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa, kien hemm 88 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 33 persuna li rkupraw mill-virus biex għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi issa żdied għal 1,566.

Intant mill-każi reġistrati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 23 persuna pożittiva wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom pożittivi għall-virus, seba’ każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, disa’ każi ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn pożittivi għall-virus, u seba’ każi minn attivitajiet soċjali.

Ekonomija

Sport