Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 418-il każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 601.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 7,561.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija tela’ għal 766 wara li fil-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa mietu tliet persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-virus.