Matul il-jum tal-Erbgħa feġġew 230 każ ġdid ta’ Covid-19 u fiequ 590 oħra mill-virus.
It-total ta’ mwiet telgħu għal 541 wara li bejn l-Erbgħa u l-Ħamis mietu tlieta oħra waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 – żewġt irġiel ta’ 70 u 81 sena u mara ta’ 90 sena.
It-total ta’ każi attivi niżlu għal 3,946. Fl-Isptar Mater Dei hemm 102 persuni li qed jingħataw il-kura minħabba l-Coronavirus, b’sebgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Sal-Erbgħa filgħaxija, kienu ngħataw 1,204,550 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 327,112 kienu dożi tal-booster.