Saturday, December 21, 2024

Il-każi attivi jitilgħu għal 2,360

Aqra wkoll

Mit-3,355 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm 133 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 95 persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi jitilgħu għal 2,360.

Intant l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li mill-każi reġistrati lbieraħ kien hemm 46 persuna li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom li kienu diġà pożittivi, 19-il każ ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, tmien każi ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ persuna oħrajn pożittivi, u 13-il każ minn attivitajiet soċjali.

Ekonomija

Sport