Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 488 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 69 persuna.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 3,295.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija tela’ għal 735 wara li fil-lejl ta’ bejn it-Tnejn u t-Tlieta mietu ħames persuni waqt li kienu pożittivi għall-virus.