https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/218881526497065
Mill-2,842 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 174 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li kien hemm 93 persuna li rkupraw mill-virus. Dan ifisser li n-numru ta’ każi attivi issa tela’ għal 1,929.
Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 13-il każ ta’ persuni li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom li diġà kienu pożittivi għall-Covid-19, 11-il każ ta’ trasmissjoni tal-Covid-19 fuq il-post tax-xogħol, tliet każi kienu importati, u żewġ każi minn attivitajiet soċjali.