Saturday, December 21, 2024

Il-każi attivi jiżdiedu u jmut anzjan ta’ 99 sena

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li bejn il-Ġimgħa u s-Sibt feġġew 127 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 86 oħra li kienu dikjarati bħala li fiequ mill-virus. B’hekk it-total ta’ każi attivi żdiedu għal 1,189.

L-imwiet relatati mal-pandemija żdiedu għal 614 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa miet raġel ta’ 99 sena.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 48 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. 

Sal-Ġimgħa filgħaxija kienu ngħataw 1,248,861 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 346,289 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport