In-numru ta’ każi attivi matul dawn l-aħħar 24 siegħa komplew jiżdiedu, b’141 każ ġdid minn 3,014 swab tests filwaqt li kien hemm 97 persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi issa qed jammontaw għal 2,081 każ.
Il-Ministeru għas-Saħħa qal li filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm għaxar każi ta’ persuni li ġew f’kuntatt ma’ qarib li kien diġà pożittiv għall-virus, sitt każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol u ħames każi relatati ma’ tlaqqigħ soċjali ma’ każi oħrajn pożittivi.