Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar sigħat ġew reġistrati 50 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 104 persuna.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 1,025.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija baqa’ 795 wara li fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt ma kien hemm l-ebda każ ta’ mewt relatat mal-virus.