Thursday, November 7, 2024

Il-każi attivi jkomplu jonqsu; 97 każ ġdid filwaqt li jirkupraw 107

Aqra wkoll

In-numru ta’ każi attivi komplew jinżlu hekk kif matul dawn l-aħħar 24 siegħa in-numru ta’ persuni li rkupraw kien jiżboq dak tal-każi ġodda. Fil-fatt minn 2,907 swab test li saru, kienu reġistrati 97 każ ġdid filwaqt li 107 persuni kienu rapportati bħala li rkupraw mill-Covid-19.

Dan wassal biex il-każi attivi naqsu għal 1,973.

Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi rapportati lbieraħ irriżultaw 22 każ ta’ persuni li ġew infettati ma’ qraba tagħhom li diġà huma pożittivi għall-Covid-19, tmien każi ta’ imxija tal-virus fuq il-post tax-xogħol, żewġ każi ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ każi oħrajn pożittivi, u żewġ każi li rriżultaw minn attivitajiet soċjali.

Sport