Friday, December 13, 2024

Il-każi attivi jonqsu b’aktar fejqan minn każi ġodda

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

In-numru ta’ nies li rkupraw mill-virus matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien jiżboq in-numru tal-każi ġodda, hekk kif minn 2,345 swab test kienu reġistrati 110 każi ġodda filwaqt li fiequ 161 persuna.

Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi niżel marġinalment għal 2,097.

Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi rapportati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 26 każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qarib tagħhom diġà pożittiv għall-Covid-19, disa’ każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, erba’ każi ta’ persuni li kienu ġew f’kuntatt ma’ każi oħrajn pożittivi, u żewġ każi relatati ma’ tlaqqigħ soċjali ma’ każi oħrajn pożittivi.

Ekonomija

Sport