Sunday, December 22, 2024

Il-każi attivi ta’ Covid-19 jinżlu taħt l-2,000

Aqra wkoll

Il-każi attivi ta’ Covid-19 komplew jonqsu biex issa niżlu taħt l-2,000 wara li matul il-jum tal-Erbgħa fiequ aktar mid-doppju tal-każi ġodda reġistrati.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li nstabu 118-il każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 270 persuna li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. Dan ifisser li l-każi attivi issa huma 1,941.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 70 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus, b’erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqisma tal-Kura Intensiva.

It-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija telgħu għal 576 wara li bejn l-Erbgħa u l-Ħamis mietu tliet irġiel ta’ 62, 74 u 82 sena u mara ta’ 92 sena waqt li kienu pożittivi għall-virus.

Sal-Erbgħa filgħaxija kienu ngħataw 1,226,227 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 336,317 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport