Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 206 każi ġodda ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 380 persuna.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 3,977.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija issa tela’ għal 698 wara li fil-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis mietu żewġ persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-virus.