Thursday, December 26, 2024

Il-każi ġodda aktar mid-doppju ta’ dawk li fiequ

Aqra wkoll

Matul il-jum tat-Tnejn feġġew 159 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 69 oħra li kienu dikjarati bħala li fiequ mill-virus. B’hekk it-total ta’ każi attivi żdiedu għal 950.

Fl-aħħar 24 siegħa, anzjan ta’ 82 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19. B’hekk it-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija issa huma 610. 

Fl-Isptar Mater Dei hemm 34 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. 

Sat-Tnejn filgħaxija kienu ngħataw 1,246,808 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 345,107 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport