Saturday, November 16, 2024

Il-Każi ġodda jerġgħu jaqbżu l-fejqan fl-aħħar 24 siegħa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/217704636614754

Minn 3,414 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa ġew rreġistrati 140 każ ġdida ta’ Covid-19. Min-naħa l-oħra kien hemm 131 persuna li fiequ mill-virus.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm seba’ każi ta’ persuni li ġew f’kuntatt ma’ qarib li kien diġà pożittiv għall-virus, ħames każi ta’ persuni li ġew f’kuntatt dirett ma’ każ pożittiv għall-Covid-19, 18-il każ ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, tliet każi importati u tliet każi relatati ma’ tlaqqigħ soċjali ma’ każi pożittivi oħra.

Ekonomija

Sport