Saturday, December 21, 2024

“Il-każi ġodda reġistrati huma biss ftit minn dak li hemm hemm barra” -Stephen Spiteri

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

It-Tabib u Kelliem għas-saħħa f’isem il-Partit Nazzjonalista Stephen Spiteri kiteb fuq il-profil tiegħu dwar in-numru ta’ każijiet sporadiċi ġewwa pajjiżna qegħdin jiżdiedu sew.

Spiteri kiteb li “sal-bieraħ stess fost il-każi ġodda reġistrati ’l fuq minn 80% ma jafux  minn fejn setgħu ġew infettati.

Spiteri qal li dan jagħmilha aktar diffiċli fejn jidħol il-contact tracing u b’hekk is-sitwazzjoni qiegħda ssir waħda aktar diffiċli biex tiġi kkontrollata. Spiteri qali li għandna persuni fil-komunità li qegħdin ikomplu jxerrdu l-virus u għalhekk hemm bżonn li tittieħed azzjoni qabel “ikun tard wisq”.

Spiteri sostna li s-saħħa pubblika għandha tingħata prijorità u l-infurzar għandu jkun kullimkien u minn kulħadd.

Huwa temm jgħid li hemm bżonn isir aktar ittestjar tal-massa sabiex jinqabdu aktar persuni li qed iġorru l-virus u li mhuma qegħdin juru l-ebda sintomi “għax il-każi ġodda reġistrati huma biss ftit minn dak li hemm hemm barra”.

Ekonomija

Sport