Saturday, December 21, 2024

Il-każi ta’ Covid-19 fl-Afrika jitla’ għal 736,587, b’aktar minn 15,000 każi ta’ mwiet

Aqra wkoll

In-numru ta’ persuni fl-Afrika li ġew infettati bil-Covid-19 laħaq is-736,587 persuna. Dan filwaqt li kienu rapportati 15,424 fatalità kaġun tal-virus.

L-Afrika t’Isfel kien l-aktar pajjiż fil-kontinent li rrapporta każi – 373,628 każ – bin0numru tal-vittmi jammontaw għal 5,173.

Pajjiżi oħrajn li sfaw milqutin b’mod sinjifikanti mill-pandemija huwa l-Eġittu (88,402 każi), in-Niġerja (37,225 każi), l-Alġerija (23,691 każ), u l-Ghana (28,430 każ).

L-istatistika kienet ikkorraborata mill- Università John Hopkins skont l-istatistika tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u istituzzjonijiet dinjin oħrajn.

Ekonomija

Sport