Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 312-il każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 681 persuna.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 5,870.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija issa tela’ għal 684 wara li bejn l-Erbgħa u l-Ħamis mietu ħames persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-virus.