Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 142 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 73 persuna.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 1,755.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija tela’ għal 727 wara li fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn kien irrappurtat li mietet persuna waqt li kienet pożittiva għall-virus.