Saturday, November 23, 2024

Il-każijiet attivi jaqbżu l-100 wara li fl-aħħar sigħat ġew konfermati 11-il każ ġdid

Aqra wkoll

Hekk kif il-konferenza stampa bl-aħħar żviluppi dwar il-Covid-19 f’pajjiżna mhux se tibqa’ tittella’ ta’ kuljum, fl-aħħar ħin l-awtoritajiet ħabbru l-aħħar żviluppi b’mod elettroniku.

Skont l-aħħar aġġornament fl-aħħar 24 siegħa saru 1,519-il swab test li minnhom kien hemm 11-il każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi.  Kien hemm erba’ persuni  oħra li fiequ mill-virus u li b’hekk it-total ta’ dawk li rkupraw huwa ta’ 460 persuna. Meta wieħed iħalli barra lil dawn li rkupraw u lil dawk li sfortunatament mietu Malta ssib li għandha 103 każi attivi.

Sa mill-bidu nett s’issa saru 53,196 swab tests.

Sport