Wednesday, February 18, 2026

Il-KE b’investigazzjoni fuq Shein… minħabba pupi tas-sess li jixbħu lit-tfal

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li kienet fetħet investigazzjoni kontra Shien dwar bejgħ ta’ prodotti illegali fosthom pupi tas-sess li jixbħu ħafna lit-tfal.

Il-KE qalet li se tara x’sistemi tuża Shein biex sabiex tipprevjeni li jsir bejgħ ta’ prodotti illegali, fosthom materjal marbuta ma’ abbuż sesswali tat-tfal.

Dan il-każ kellu l-bidu tiegħu s-sena li għaddiet meta l-Pulizija Franċiża kienu rċivew rapporti dwar Shein li kellha pupi tas-sess għal biegħ. Shein qalet li kienet nteħħit mill-ewwel din il-kategorija.

Iżda issa l-Kummissjoni Ewropea qalet li bdiet investigazzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport