Il-kelb tad-Dwana Charlie rnexxielu jwaqqaf kważi €40,000 fi flus mhux dikjarati fl-ajruport.
Fl-ewwel każ, huwa rnexxielu jwaqqaf bagalja bi €15,000 fi flus kontanti mhux dikjarati meta ta’ indikazzjoni ta’ suspett f’din il-bagalja li kienet qabżet iċ-check-in.
It-tieni każ żvolġa fid-dipartiment tat-tluq meta l-istess kelb wera suspett f’passiġġier li kien se jivjaġġa flimkien ma’ martu u binthom. Minn tfittxija li saritlu, huwa nstab li kien qiegħed iġorr €22,000 fil-ġakketta, €1,230 fil-kartiera u €355 oħra li kienu għand martu.
Filwaqt li l-mara u l-bint ma nħarġitilhom l-ebda multa, ir-raġel ingħata ċ-ċans li jirriżolvi s-sitwazzjoni barra l-qorti u nħarġitlu multa.