Sunday, December 22, 2024

Il-Kenjana Faith Kipyegon tikser ir-rekord Olimpiku fl-1500m

Aqra wkoll

Faith Kipyegon kisret ir-Rekord Olimpiku proprju biex rebħet l-1500m tan-nisa. Fost l-ismijiet f’din it-tellieqa kiem hemm Gudaf Tsegay, Diribe Welteji, Faith Kipyegon, Jessica Hull u Laura Muir.

Tsegay iddeċidiet li tillidja din it-tellieqa mill-bidu b’Elle St. Pierre tal-Istati Uniti issegwiha.

Kipyegon qabżet it-tieni hekk kif reġgħu niżlu fid-dritta għat-tieni darba minn erbgħa. Il-grupp ewlieni issa kien kompost minn tmienja.

Keinet il-Kenjana li marret quddiem hekk kif indaqqet il-qanpiena! Welteji u Hull kien qrib tagħha.

Georgia Bell tal-Gran Brittanja marret mal-leaders, kien hemm erbgħa fil-vantaġġ! Laura Muir ingħaqdet ukoll mal-grupp ewlieni iżda ħalliet tard wisq.

Kinet Kipyegon li rebħet b’Rekord Olimpiku ġdid ta’ 3:51.29!

Hull ħadet il-fidda fi 3:52.56, u Bell il-bronż f’Rekord Brittaniku ta’ 3:52.61.

Kipyegon hija l-ewwel atleta, raġel jew mara, li rebħet l-1500m Olimpiku tliet darbiet.

Ekonomija

Sport