Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-waterpolo?
Il-passjoni tiegħi għall-waterpolo bdiet meta kelli biss tmien snin. Flimkien ma’ grupp ta’ ħbieb, ingħaqadt ma’ Sliema ASC matul is-sajf. Dak iż-żmien, kont nitħarreġ ukoll fil-futbol, imma malajr innotajt differenza kbira bejn iż-żewġ sports. Fil-waterpolo, ħassejt sens qawwi ta’ appartenenza – sħabi tat-tim u l-kowċis kienu jilqgħuni, jappoġġjawni u jinkoraġġuni b’mod inkredibbli. Is-sessjonijiet kienu dejjem divertenti u eċċitanti, u dik l-atmosfera pożittiva ġagħlitni nħobb l-isport. Minn dak il-mument ’il quddiem, stennejt bil-ħerqa kull sessjoni ta’ taħriġ. Dak kien il-bidu tal-vjaġġ tiegħi fil-waterpolo.
Għaliex għażilt li ssir goalkeeper?
Inizjalment, bdejt bħala plejer. Imma wara ftit snin, staqsejt lill-kowċ tiegħi jekk nistax nipprova nilgħab bħala gowler. Fortunatament, kien miftuħ għall-idea, u ħeġġiġni fil-proċess li nibdel ir-rwoli. Wara perjodu ta’ prattika fit-taħriġ u logħbiet ta’ ħbiberija, ħadt id-deċiżjoni li nimpenja ruħi bis-sħiħ għall-pożizzjoni – u minn dakinhar ma ħaristx lura.
X’tikkummenta dwar is-suċċess riċenti tagħkom mat-Tim Nazzjonali ta’ taħt it-18-il sena fil-Kampjonati Ewropej?
Il-kisba tagħna fil-Kampjonati Ewropej ta’ taħt it-18-il sena kienet inkredibbli. Li tagħmel l-istorja għal Malta hija esperjenza li ftit nies biss igawdu, u jien tassew grat li nkun wieħed minnhom. Dak li għamilha saħansitra aktar speċjali kien ir-rabta qawwija li kellna bħala tim, kemm ġewwa kif ukoll barra mill-ilma. Anke jekk ma kellniex ħafna ġimgħat ta’ preparazzjoni, il-konnessjoni u x-xogħol f’tim tagħna verament dehru matul il-kompetizzjoni. Kien riżultat storiku li juri kemm għandu potenzjal il-waterpolo Malti fis-snin li ġejjin. Li nirrappreżenta lil pajjiżi hija xi ħaġa li dejjem se nkun kburi biha—u qatt ma nieħu for granted.
X’tikkummenta dwar il-kowċis Jonathan Valletta u Milan Cirovic?
Kemm Jonathan Valletta kif ukoll Milan Cirovic huma kowċis inkredibilment motivanti u tattiċi. Huma impenjati ħafna biex jgħinu lit-tim jirnexxi u dejjem qed jimbuttawna biex inkunu l-aħjar tagħna. Nemmen li s-sħubija tagħhom hija essenzjali għall-iżvilupp futur tal-waterpolo Malti. Jafu kif joħorġu l-aqwa f’kull plejer, u aħna fortunati ħafna li għandna lilhom jiggwidawna.
Kif tqis il-livell attwali tal-waterpolo Malti?
Il-livell tal-waterpolo f’Malta żgur li qed jitjieb. Dan huwa fil-parti l-kbira grazzi għall-kollaborazzjoni bejn kowċis lokali u internazzjonali, kif ukoll għal aktar opportunitajiet għall-plejers Maltin biex jikkompetu barra minn Malta. Ħafna plejers issa qed jiksbu esperjenza siewja barra minn Malta, li qed tgħin biex tgħolli l-livell tal-logħba f’pajjiżhom.
U xi ngħidu dwar il-faċilitajiet u r-riżorsi (pixxini) li fihom titħarrġu u tilagħbu l-logġob uffiċjali tagħkom?
F’dawn l-aħħar snin, rajna titjib kbir fir-riżorsi disponibbli għall-waterpolo. Investimenti kemm mill-gvern kif ukoll mill-klabbs għenu biex jipprovdu faċilitajiet aħjar. Issa għandna aktar pixxini msaħħna, li jagħmlu t-taħriġ matul ix-xhur tax-xitwa ħafna aktar faċli. Dan ippermetta wkoll ħinijiet ta’ taħriġ aktar flessibbli li jistgħu jaqblu mal-iskedi tal-iskola, u b’hekk ikun aktar faċli għall-atleti żgħażagħ biex jimpenjaw ruħhom fl-isport.
Taħseb li hemm biżżejjed għarfien dwar il-waterpolo f’Malta?
Għalkemm il-waterpolo huwa wieħed mill-aktar sports ta’ suċċess ta’ Malta bħalissa, xorta nħoss li ma jirċevix ir-rikonoxximent li jistħoqqlu – speċjalment meta mqabbel ma’ sports oħra. It-timijiet nazzjonali tagħna kisbu riżultati li ħafna oħrajn ma kisbux, iżda l-waterpolo spiss ma jingħatax kas. Wasal iż-żmien li l-isport jingħata l-għarfien u l-apprezzament li verament jistħoqqlu.
Kif qed tara l-futur tiegħek fil-waterpolo?
Il-ħolma tiegħi hija li nsir il-goalkeeper titolari ta’ Sliema ASC … il-klabb fejn beda kollox għalija. B’dedikazzjoni, xogħol iebes, u l-esperjenza t-tajba, nemmen li nista’ nikseb dan. Nittama wkoll li xi darba nilgħab f’kampjonat ta’ livell għoli barra minn Malta, fejn nittestja lili nnifsi kontra wħud mill-aqwa fl-isport.
Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, x’messaġġ tixtieq tgħaddi lil dawk li jixtiequ jsegwu karriera fil-waterpolo?
Jekk qed tfittex sport fejn tħossok milqugħ, sfidat, u eċċitat, nirrakkomanda ħafna li tipprova l-waterpolo. Kienet waħda mill-aqwa deċiżjonijiet li qatt ħadt. L-isport jgħallem id-dixxiplina, jibni ħbiberiji tul il-ħajja, u jġib miegħu ħafna mumenti indimentikabbli. Għal kull min qed jikkunsidrah – ippruvah!
‘Il-kisba tagħna fil-Kampjonati Ewropej ta’ taħt it-18-il sena kienet inkredibbli’ – Zack Dsanovic