Wednesday, July 2, 2025

‘Il-klabb ta’ St. George’s illum inqisu bħala t-tieni familja tiegħi’ – Kurt Zahra

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Minn ta’ etá żgħira ħafna ħabbejt il-logħba tal-ballun. Nista’ ngħid li kif esperjenzajt l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ indunajt li l-futbol huwa xi ħaġa li ridt nibqa’ nipprattika.

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ St George’s FC.

Bħalissa qed nilgħab mal-klabb ta’ St. George’s fejn l-atmosfera, il-plejers, il-kumitat u anke l-partitarji, qegħdin kollha b’għan wieħed li niksbu l-promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni. Il-klabb ta’ St. George’s illum inqisu bħala t-tieni familja tiegħi! 

X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul l-istaġun li għadda?

Fl-istaġun li għadda, konna viċin li niksbu l-promozzjoni; għaddejna naqra minn baħar ta’ mewġ fejn kellna plejers imweġġgħin għal żmien twil u anke forsi konna xi ftit sfortunati f’ċerti logħbiet. It-tim kien kważi kollu ġdid ukoll u forsi domna naqra wkoll biex sibna s-sistema tagħna. 

X’tikkummenta fuq il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?

Inħoss li l-livell tal-futbol Malti huwa wieħed diċenti peró hemm ħafna x’jista’ jitranġa biex naraw iktar livell. 

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Waħda minn ħafna huma r-riżorsi fejn aħna kemm nitħarrġu kif ukoll fejn jintlagħab il-kampjonat. Ċerti grawnds inħoss li għandhom jingħataw iktar manutenzjoni għaliex meta grawnd ma jkunx ta’ ċertu livell, jaffettwa l-logħba kif ukoll il-plejers ikunu f’riskju li jsofru injury.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Bħala viżjoni lejn il-karriera tieghi fil-futbol sfortunatament issa ninsab lejn l-aħħar u għalhekk nixtieq li lejn l-aħħar ta’ din il-karriera nirbaħ u nifraħ kemm niflaħ biex nagħlaq fuq nota tajba u jkolli iktar memorji sbieħ!

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Lil min għadu ħa jibda jew beda u għadu żgħir, nagħti suġġeriment li jgawduh kemm jistgħu.  Il-karriera tal-futbol hija waħda qasira peró tista’ jkollok ħafna x’tirrakkonta meta tikber u jkollok tieqaf. Il-futbol apparti li huwa logħba sabiħa, huwa ukoll komunitá fejn jgħaqqad familja u jagħtik sodisfazzjon kbir. Jien nemmen li talent titwieled bih imbagħad tiżviluppah; għalhekk inħeġġeġ bis-sħiħ lż-żgħar biex jekk għandhom ħolma ma jieqfu qatt jippruvaw iwettquha għaliex xejn mhu impossibli fil-ħajja! Biss, xejn ma jsir waħdu … biex tasal irid ikun hemm ħidma, passjoni u dedikazzjoni u fl-aħħar tiġi ppremjat! 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport