Il-Knisja Kattolika llum tiċċelebra l-akbar festa liturġika tagħha, l-Għid il-Kbir – il-qawmien ta’ Kristu mill-mewt.
Illum il-Papa Frangisku jmexxi ċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Għid b’quddiesa fejn wara, kif dejjem isir, jagħti l-barka Urbi et Orbi. Wara sentejn ma joħorġux purċissjonijiet minħabba l-Covid19, din is-sena il-purċissjonijiet se jkunu qed isiru.
Bħal bieraħ ħafna nies f’Sibt il-Għid imorru l-knisja għaċ-ċerimonja liturġika fejn jiġi mħabbar il-Qawmien ta’ Kristu mill-Imwiet.
Waqt il‑Vġili Solenni tal‑Qawmien tal‑Mulej mill‑Imwiet, ilbieraħ l‑Arċisqof Charles Scicluna ċċelebra s‑Sagramenti tad‑Dħul fil‑Ħajja Nisranija lil erbatax‑il katekumenu, jiġifieri persuni li f’età adulta jagħżlu li jridu jsiru membri tal-Knisja Kattolika.