Il-qrubija mal-Knisja Kattolika, kif tarama? Se tibqa’ hemm?
Għal din id-domanda, Alex iwieġeb li “il-Knsija għandha rwol importanti fis-soċjetà. Però il-PN, partit li fl-aħħar mill-aħħar għandna l-valuri tagħna u għandha l-istatut tagħna li jiggwidana u jagħti l-linja gwida ta’ fejn irridu nimxu. Se nimxu mal-linji gwida tal-istatut tal-Partit Nazzjonalista”.
“Hemm rieda tajba mill-grupp Parlamentari kollu li jirbaħ min jirbaħ jimxi wara l-kap…..li hemm il-firda fil-PN hi perċezzjoni”
Nistaqsuh kif waħda mill-isfidi kbar li se jkollu jekk jkollu jekk ikun elett kap tal-Partit Nazzjonalista hi d-diversi qasmiet li hemm fi ħdan l-istess partit. Semmejnielu li dan hu fatt li anke attivisti li qed jgħidu li l-parti l-kbira tal-membri Parlamentari qegħdin jagħtu l-appoġġ lil Alex Borg. Dawn li jappoġġja lil Delia kitbu fuq siti soċjali u allegaw li inti ma żammejtx mal-ftehim. Ma tarax li din l-għaqda fi ħdan il-Partit Nazzjonalista saret kważi impossibbli li sseħħ? Tara li l-Partit Nazzjonalista jista’ jispiċċa jinqasam kif kien hemm min indika li jista’ jiġri?
Għal dan, Alex Borg iwieġeb li “llum anke nukleau ta’ familja, ikollok argumenti, ikollok ideat differenti u ħsibijiet differenti imma fl-aħħar mill-aħħar isibu l-bażi komuni. Dan biex jimxu ‘lquddiem. U anke f’partit. Kemm fil-PN u anke fil-PL ikun hemm ħsibijiet differenti. Li jogħġobni fil-PN u għalhekk nappartjeni lil PN hu għax ikun hemm kullana ta’ ideat differenti u ma noħolqux id-diskussjoni anzi nippromwovu d-diskussjoni. U dik il-ħaġa lili ssaħħaħni u ttini l-enerġija biex inkun fit-tmexxija tal-PN. Il-mod kif naħdem jien dejjem kienet politika inklussiva. Billi jkun hemm nies u persuni b’ideat differenti, bi ħsibijiet differenti anke li targumenta hu normali. Nargumentaw għax inkunu rridu l-ġid għall-Partit Nazzjonalista u għal Malta u Għawdex tagħna. Li hu żgur li fl-aħħar snin kien hemm ħafna ‘in roads’. Mhux se ngħidlek li ma kienx hemm xi darba firda. Taħt it-tmexxija ta’ Bernard Grech, l-għaqda intensifikat. Naf biċ-ċert, li l-Grupp Parlamentari hu konsolidat u hemm rieda tajba mill-Grupp Parlamentari kollu li jitla’ min jitla’ il-grupp kollu se jimxi warajh. Issa nitlax jien jew jitlax Adrian Delia, il-Grupp Parlamentari kollu se jimxi wara dak li jkun. Din il-perċezzjoni li qed jipprova joħloq il-Partit Laburista li għad baqa’ l-firda mhi xejn għajr perċezzjoni li żgur mhix ir-realtà. Jien illum inħossni komdu naħdem fi ħdan il-Grupp Parlamentari u ilkoll b’sinerġija u nara għan wieħed dak li l-Partit Nazzjonalista jissoda, jissaħħaħ, jingħaqad u fl-aħħar mill-aħħar iġib ir-riżulat li jixtieq mhux fl-elezzjoni interna imma fl-elezzjoni ġenerali”.
“Allura min kiteb kiteb ċertu kliem …jekk tirbaħ inti se tinsihom se jgħaddu?
Sa fejn naf jien mill-Grupp Parlamentari ħadd ma kkummenta. Anzi din hi waħda mill-aktar elezzjonijiet trankwilli li qatt rajt. Il-Kummissjoni Elettorali llum laqqgħet il-campaign magnaer tiegħi u ta’ Adrian. Hi elezzjoni trankwilla ħafna ħdejn dawk preċedenti u din hi xi ħaġa pożittiva. Il-partitarji għandhom għażla quddiemhom xi jridu jagħżlu. Kulħadd għandu rieda li jimxi ‘lquddiem. Jekk nitla’ jien irrid lil Adrian jaħdem miegħi u jekk jitla’ Adrian ien se naħdem miegħu. L-għan tiegħi hu li nara partit konsolidat magħqud u partit li jkun gvern alternattiv lest li l-elezzjoni ġenerali li jmiss jirbaħa u jkun il-gvern li jmexxi l-pajjiż.
“Il-Gvern Laburista, il-Partit Laburista qatt ma saħaq fuq kemm għandu dejn il-Partit Laburista innifsu”