Il-KNŻ jinnota li għalkemm qegħdin jiddaħħlu tliet xhur wara, il-proposti tiegħu dwar l-istudenti ġew milqugħa u se jiddaħħlu fis-seħħ.
Il-KNŻ issa jappella li l-ħlas dovut lill-istudenti jingħataw mill-aktar fis possibbli biex titneħħa d-diskriminazzjoni li kien hemm bejn l-istudenti li jaħdmu u l-kollegi tagħhom fuq ix-xogħol.
Dwar il-proposti biex tissaħħaħ is-saħħa mentali fost iż-żgħażagħ, il-KNŻ b’dispjaċir jinnota li s-servizzi mhux se jiżdiedu. Minkejja dan il-KNŻ iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jirriklamaw is-servizzi eżistenti biex aktar żgħażagħ jaħmlu użu minnhom.