Saturday, December 21, 2024

Il-kollettiv kien strumentali għal dawn l-unuri li rbaħt personalment – Kurt Borg

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Bħal kulħadd ommi kienet teħodni nilgħab man-nursery ta’ Valletta. Mill-bidu nġbidt lejn l-imħabba li l-Beltin ghandhom lejn it-tim tal-futbol.

X’tikkummenta fuq l-aħħar staġun ta’ Mtarfa fl-Amateur League?

Kelli ċans li nilgħab ħafna. Fil-fatt dejjem kont preżenti fil-pitch kull meta kont għad- dispożizzjoni tal-kowċ. U b’hekk ir-riżultat ta’ dan kollu deher fi 33 gowl li flimkien ma’ sħabi u anke l-kowċis għamilna pass kbir għaċ-Challenge League

X’tikkummenta fuq il-fatt li rbaħt l-aqwa plejer tal-Amateur League waqt l-MFPA Awards kif ukoll l-aqwa skorer tal-kampjonat?

Dan l-unur ma jiġix biss minni. Imma kif għidtlek qabel, il-kollettiv kien strumentali ghal dawn lunuri li rbaht personalment.

Taqbel li hemm differenza ta’ livell bejn it-timijiet ta’ fuq u dawk ta’ taħt fl-Amateur League?

Ir-raġuni hija waħda sempliċi. Ma jistax klabb mill-Amateur League jagħmel il-qabża direttament għaċ-Challenge league. Dan għall-fatt ta’ plejers eliġibbli bħala professjonali

Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta’ livell ikkomparati mal-plejers Maltin?

Le anzi jien nara livell aċċettabli ħafna minn ħafna għażliet ta’ klabb fuq il-barranin.

Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-Amateur League?

Jekk tara l-qabża li saret f’dawn l-aħħar 20 sena, allura trid tikkuntenta. Peró, jien nemmen li jixraq grawnds ferm aħjar.

X’taħseb dwar il-kontroll tar-referis fl-Amateur League?

Aktar ma tiżdied fil-livell ta’ diviżjoni, trid taċċetta l-livell tar-referis li jkunu għadhom fil-bidu tal-karriera tagħgom. Allura, dal-livell huwa aċċettabli.

Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal-futbol?

Kull ħaġa fil-ħajja fiha s-sagrifiċċji tagħha li tagħmel. Bħal ħaddiehor li jissagrifika ħin prezzjuż mill-familja tiegħi. Dan biex inkun dejjem fl-ogħla livelli tiegħi.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Nixtieq nibqa’ għaddej b’dan ir-ritmu li qiegħed fih bħalissa. Naspira li nerġa’ jkolli ċans induq il-Kampjonat Premier.

Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li jixtiequ jagħmlu karriera fil-futbol.

Kif ngħid lit-tifel il-kbir tiegħi, Diaz, dejjem huwa d-dmir ta’ kull plejer li jitħarreġ b’passjoni u determinazzjoni biex ikun fl-ogħla livell li jista’ joffri!

‘Il-kollettiv kien strumentali għal dawn l-unuri li rbaħt personalment’ – Kurt Borg

Ekonomija

Sport