Wednesday, October 15, 2025

Il-Kompetizzjoni CanSat Malta 2025–2026 imnedija uffiċjalment f’Esplora

Aqra wkoll

Il-Kompetizzjoni CanSat Malta 2025–2026 tnediet uffiċjalment illum fiċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora, li laqqgħet flimkien edukaturi, studenti u partijiet ikkonċernati biex jagħtu bidu għat-tielet edizzjoni ta’ din l-inizjattiva nazzjonali innovattiva ta’ STEM.

Organizzata minn Esplora, il-kompetizzjoni tisfida lill-istudenti ta’ bejn l-14 u t-18-il sena biex jiddisinjaw, jibnu u jniedu satellita żgħira—magħrufa bħala CanSat—li toqgħod f’volum ta’ bott ta’ luminata.Mary-Ann Cauchi, Senior Director tal-Esplora, iċċelebrat l-ispirtu ta’ skoperta u innovazzjoni.

“F’Esplora nemmnu li x-xjenza qawwija hija mmexxija mill-kreattività. CanSat tagħti l-ħajja lil STEAM: l-istudenti joħolqu u jippruvaw, jittestjaw, ifallu ’’l quddiem, u jerġgħu jippruvaw; l-istess bħalma jagħmlu t-timijiet professjonali. Bi gwida mill-edukaturi u t-tim tagħna, il-parteċipanti jiksbu l-ħiliet tekniċi u l-mentalità li Malta teħtieġ għall-ġenerazzjoni li jmiss tagħha ta’ innovaturi,” qalet.Min-naħa tagħha l-Viċi Direttur, STEAM Engagement, Kiki Mizzi, introduċiet il-programm u ddeskriviet l-iskeda ta’ żmien ta’ din is-sena.

“CanSat hija aktar minn sempliċiment kompetizzjoni—hija opportunità għaż-żgħażagħ biex joħolmu akbar, jesperimentaw, u jaraw lilhom infushom bħala x-xjenzati u l-inġiniera ta’ għada. Billi nagħtu ħajja lil STEAM permezz ta’ esplorazzjoni prattika, mhux biss qegħdin inniedu CanSats, qegħdin inniedu wkoll futuri.”

Carmel Spiteri, Eżekuttiv tad-Dipartiment tal-Programmi u l-Involviment Spazjali fi Xjenza Malta, ta ħarsa ġenerali teknika lejn il-proġett, filwaqt li enfasizza l-impatt edukattiv u n-natura transdixxiplinarja tiegħu. Dawk li attendew ġew murija wirja qasira tal-planetarium mmexxija mit-tim tal-Planetarium ta’ Esplora, li tagħti ħarsa lejn it-tip ta’ ispirazzjoni li tħeġġeġ it-tagħlim relatat mal-ispazju fost iż-żgħażagħ.

L-applikazzjonijiet għall-kompetizzjoni 2025–2026 se jiftħu, illum il-15 ta’ Ottubru u se jibqgħu miftuħa sat-28 ta’ Novembru 2025. Tista tapplika minn din il- ħolqa: https://www.surveymonkey.com/r/HG2HQVP.

Sessjoni ta’ informazzjoni online se ssir fit-21 ta’ Ottubru fl-4pm biex tappoġġja applikanti potenzjali u tista’ tiġi aċċessata permezz ta’ din il-ħolqa:
CanSat Malta 2025-2026 Competition Information Session | Meeting-Join | Microsoft Teams

Il-fażi tal-kostruzzjoni u l-ittestjar ta’ CanSat se ssir bejn Diċembru 2025 u Mejju 2026, bit-taħriġ ta’ bejn l-edukatur u l-istudenti tul il-proċess. It-tnedija ferm antiċipata tar-rokit se ssir f’April 2026, u t-tim rebbieħ se jivvjaġġa lejn il-faċilità ESTEC tal-Aġenzija Spazjali Ewropea fin-Netherlands f’Ġunju biex jipparteċipa fl-esperjenza “Space Engineer for a Day”.

It-timijiet parteċipanti se jirċievu kit ta’ CanSat, sa €370 f’finanzjament għal komponenti addizzjonali, u appoġġ kontinwu matul il-proġett kollu. Din il-kompetizzjoni hija ffinanzjata permezz ta’ Xjenza Malta, u Esplora se jipprovdi taħriġ u gwida lill-edukaturi, billi jħejjihom sabiex imexxu t-timijiet tagħhom permezz ta’ din l-isfida eċitanti filwaqt li jikkoordina l-proġett.

Issa fit-tielet edizzjoni tagħha, wara kompetizzjonijiet ta’ suċċess fl-2018–2019 u fl-2019–2020, CanSat Malta tkompli tagħti s-setgħa liż-żgħażagħ biex jesploraw l-ispazju, ix-xjenza u l-inġinerija permezz ta’ tagħlim prattiku u applikazzjoni tad-dinja reali.

Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lil [email protected]jew zur is sitt ufficjali tal-Esplorahttps://esplora.org.mt/cansat-malta-competition/.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport