Wednesday, December 10, 2025

Il-kompetizzjonijiet tal-Milied tal-Blackball f’fażi deċiżiva

Aqra wkoll

Il-Malta Blackball Federation għaddejja ġmielha bil-kompetizzjonijiet tal-Milied li bħalissa jinsabu fl-istadju tas-semifinali.

Fin-National Christmas Trophy bejn illum u nhar it-Tlieta jkollna żewġ partiti interessanti hekk kif Cospicua Rangers jaffrontaw lil Ħamrun 147 A filwaqt li Qormi Pinto A jaffaċċjaw lil Mrieħel Billiard House A.

Fir-Regional Christmas Trophy, waslet il-kwalifikazzjoni ta’ San Ġwann Tiki Taka Spartans, San Ġwann Tiki Taka Boys, Ħamrun 147 B u Valletta Fossa Boys.

San Ġwann Tiki Taka Spartans għelbu lil Ħamrun 147 C 21-13 filwaqt li San Ġwann Tiki Taka Boys għelbu lil Selmun Sports Club 23-21.

Ħamrun 147 B għelbu lil Qormi Pinto B 23-22 b’Valletta Fossa Boys li kienu bye.

Fl-ewwel leg tal-ewwel semifinali li ntlagħbet, Ħamrun 147 B għelbu lil Valletta Fossa Boys 13-7.

Fil-Community Christmas Trophy, Cospicua Rangers għelbu lil PL Floriana 21-19 filwaqt li San Ġwann Tiki Taka Buddies u 1889 Bar Ħamrun kisbu skor identiku ta’ 21-13 kontra Siġġiewi Montekristo u PL Balzan B rispettivament. Anke Birkirkara Boċċi aċċertaw ruħhom mill-kwalifikazzjoni għas-semifinali wara skor ta’ 21-12 kontra Birkirkara Boċċi.

Fis-semifinali li se jintlagħbu bejn għada u t-Tnejn li ġej, Cospicua Rangers jilagħbu kontra San Ġwann Tiki Taka Buddies filwaqt li 1889 Bar Ħamrun jaffrontaw lil Birkirkara Boċċi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport