Wednesday, December 31, 2025

Il-konservattivi Ingliżi jridu tnaqqis l-infiq ambjentali u żieda fil-finanzjament militari

Aqra wkoll

Il-Partit Konservattiv tar-Renju Unit qed iwiegħed li meta jkun fil-gvern inaqqas drastikament il-finanzjament għal proġetti ta’ enerġija nadifa biex jagħti spinta lill-infiq militari għad-difiża u jiżgura li l-pajjiż ikun lest f’eventwalita ta’ gwerra.

Il-mexxejja tal-partit, Kemi Badenoch iddikjarat li jekk il-partit tagħha jirbaħ il-poter, kien se jalloka mill-ġdid 17-il biljun lira sterlina biex jinvesti fil-militar tar-Renju Unit bl-iskuża li d-difiża tar-renju trid tkun l-ewwel prijorità tal-gvern Ingliż.

Flimkien mal-investiment mis-settur privat, it-Tories qed jgħidu li bil-proposti tagħhom għal Fond Sovran ġdid għad-Difiża se jimmobilizzaw sa £50 biljun.

Il-Partit Laburista min-naħa tiegħu rreaġixxa u akkuża lill-konservattivi b’“figuri fantastiċi” u talli meta kienu fil-gvern ħallew il-forzi armati tar-Renju Unit vojta u nieqsa mill-fondi kollha li kienu meħtieġa tant li niżżlu l-moral tal-forzi armati.

Il-Partit Laburista ssokta jgħid li l-forzi armati tar-Renju Unit se jaraw investiment qawwi rekord ta’ £270 biljun f’din il-leġislatura permezz taż-żieda storika fl-infiq għad-difiża.

Il-gvern Laburista wiegħed ukoll li se jżid l-infiq għad-difiża għal 2.5% tal-prodott domestiku gross (PDG) sal-2027 u bi 3.5% sal-2035.

Madankollu, it-Tories qed jitolbu lill-gvern biex jimxi aktar mgħaġġel u jimpenja ruħu għal 3% sa tmiem dan id-deċennju.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport