Wednesday, March 25, 2026

Il-konsumaturi fl-Istati Uniti raw l-akbarżieda fil-prezz tal-fjuwil

Aqra wkoll

Il-kunflitt fil-Golf Għarbi wassal biex il-konsmaturi fl-Iststi Uniti huma fost l-aktar li ħassew iż-żieda fil-prezz tal-fjuwil. Filfatt fl-Istati Uniti esperjenzaw l-akbar żieda, bil-prezzijiet tad-dijżil li jiżdiedu bi 33 fil-mija mill-bidu tal-gwerra.
Fl-Unjoni Ewropea ukoll kien hemm żidiet qawwija fil-prezzijiet. Qiegħed ikun rappurtat li d-dijżil laħaq medja ta’ €2.1 kull litru (inklużi t-taxxi), li jvarja minn €1.528 kull litru fis-Slovenja sa €2.452 kull litru fl-Irlanda.


Il-prezz tad-diżil żdied b’35 fil-mija fi Spanja, l-ogħla żieda fl-Unjoni Ewropea.
Disa’ pajjiżi għandhom prezzijiet tad-diżil ‘il fuq minn €2 kull litru: il-Belġju, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Litwanja, il-Lussemburgu u l-Olanda. Fir-Renju Unit, il-prezzijiet tad-dijżil fil-pompa żdiedu b’17 fil-mija, 4 fil-mija aktar mill-ġimgħa li għaddiet. Fl-Iżvizzera, żdiedu bi 12 fil-mija u fin-Norveġja, bi 23 fil-mija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport