Il-Kurunell Oleksandr Chekryhin esprima t-tħassib tiegħu għall-fatt li madwar 30 fil-mija tal-pajjiż għadu kontaminat bi splussivi attivi. Bħala Direttur għall-prevenzjoni ta’ emerġenzi u s-servizzi tal-emerġenza fil-pajjiż huwa rringrazzja lil dawk il-pajjiżi kollha li offrew ilbies protettiv lill-ħaddiema f’dan id-dipartiment. Sostna li dawn il-ħaddiema ma kinux jobsru li se jkollhom jiddaħħlu protokolli daqstant sofistikati biex jissalvagwardjaw ħajjithom waqt ħidmiethom.
Spjega kif il-ħaddiema fi ħdan id-dipartiment kienu impenjati biex jikkontrollaw diversi sitwazzjonijiet ta’ nirien kbar u li ma kull attakk tal-missili Russi l-ħidma tintensifika.
Huwa wera l-apprezzament tiegħu għall-għajnuna umanitarja, li anke Malta fiċ-ċokon tagħna konna kapaċi nagħti l-assistenza tagħna, qal li bit-tqassim ta’ dawn il-provvisti, bażikament kienu qegħdin jippruvaw jagħtu l-ħajja lil dawk il-bliet u l-irħula l-aktar milqutin.
Chekryhin qal ukoll li mat-3,000 attakk mill-bombi u land mines ġew diżattivati, b’madwar 2,000 minnhom ikunu attakki mill-ajru.
Mistoqsi rigward is-sitwazzjoni fl-impjant ta’ Zaporizhzhia, huwa qal li l-Ukrajna tinsab preparata għal kull eventwalità. Fakkar li li bħala pajjiż għandu iktar impjanti ta’ enerġija u filwaqt li kompla jappella għal kull tip ta’ riżorsi mill-pajjiżi Ewropej, sostna li ħadd mill-ħaddiema fid-Dipartiment tiegħu mhu lest li jieħu xi forma ta’ mistrieħ qabel tkun assigurata s-sigurtà tal-poplu kollu.
Tkellem ukoll dwar l-inumanità Russa murija. Żied jgħid li r-Russi ma jafux bil-konvenzjonijiet ta’ Ġinevra li jistabilixxu standards legali għat-trattament uman fil-gwerra. Xhieda ta’ dan huma land mines użati f’Chechnya f’territorji Ukreni, liema splussiv huma pprojbiti skont it-trattat ta’ Ottawa li ġie ffirmat mill-Ukreni lura fl-1997. Dan it-trattat jibqa’ wieħed kontroversjali minħabba li r-Russi ma kinux waslu għal qbil biex jiffirmawh. Oħrajn jaqblu kontra l-użu ta’ dawn l-isplussivi li skonthom imorru kontra l-konvenzjonijiet ta’ Ġinevra minħabba r-riskju kbir impost fuq iċ-ċittadini.