Saturday, December 6, 2025

Il-kontijiet tad-dawl fl-UE huma aktar minn tliet darbiet ogħla minn dak f’Malta

Aqra wkoll

Il-kontijiet tad-dawl fil-pajjiżi Membri tal-Unjoni Ewropea huma aktar minn tliet darbiet ogħla minn dawk li hawn f’pajjiżna.

Dan ħareġ mill-aħħar statistika ppreżentata mill-Eurostat l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea.

Jirriżulta li l-prezzijiet tal-elettriku fil-maġġoranza tal-pajjiżi tal-UE għadhom ferm ogħla mil-livelli ta’ qabel l-2022, mindu faqqgħet il-kriżi tal-enerġija.

Il-Ġermanja rrapportat l-ogħla prezzijiet tad-dawl b’iżjed minn €38 għal kull 100 kilowatt hour. Dan ifisser li huma iżjed minn tliet darbiet ogħla minn dak f’Malta, li għadu l-orħos skont il-purchasing power standard Ewropew.

Il-Eurostat tirraporta wkoll ċertu  stabilità fil-medja tal-prezzijiet fl-ewwel nofs ta’ din is-sena. Dan hekk kif kien hemm żieda ta’ kważi 25% fit-taxxi imposti fuq l-istess kontijiet tad-dawl wasslet biex tnaqqis qabel it-taxxa baqa’ ma rriflettix fil-prezzijiet finali li jħallsu l-konsumaturi.

Imqabbel mal-istess perjodu fl-2024, kien hemm żidiet sinifikanti fil-prezzijiet tal-Lussemburgu b’iżjed minn 31%, l-Irlanda bi kważi 26% u l-Polonja b’20%.

Fl-ewwel nofs tal-2025, il-prezzijiet għan-negozji fl-Unjoni Ewropea wkoll irreġistraw żieda f’nofs l-Istati Membri.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport