Friday, December 13, 2024

Il-kontijiet tal-enerġija fir-Renju Unit jogħlew bi 80 fil-mija

Aqra wkoll

Aħbar li fir-Renju Unit ħadd ma ried jisma’ biha hija dik li bil-kriżi tal-għoli tal-ħajja sejra dejjem għall-agħar aktar biżgħat saru realtà l-ġimgħa li ­għaddiet meta Ofgem, ir-regolatur tal-enerġija tal-Gran Brittanja ħabbar li l-kontijiet tal-enerġija żdiedu bi 80%.

Issa, il-limitu tal-prezz tal-enerġija fir-Renju Unit se jitla’ għal £3,549 fl-1 ta’ Ottubru li ġej, somma ta’ flus eżorbitanti li se tagħmel aktar pressjoni fuq familji li huma diġà magħfusin biż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel u l-fjuwil.

Filwaqt li l-kontijiet li qed jiżdiedu se jagħtu daqqa ta’ ħarta lill-bwiet ta’ kulħadd, iżda huma l-ifqar u l-aktar familji vulnerabbli fil-pajjiż li se jiġu affettwati l-aktar ħażin fejn studju reċenti juri li wħud mill-familji bl-inqas dħul se jkunu sfurzati jonfqu 47% tal-baġit kollu tagħhom fuq spejjeż tal-enerġija.

Sadanittant, biex jippruvaw ilaħħqu mal-kontijiet u l-għoli tal-ħajja, familji bi tfal morda jew b’diżabilità m’għandhom l-ebda għażla ħlief li jaħdmu mid-dar sabiex ma jsibux ruħhom f’pożizzjoni aktar prekarja.

Il-kontijiet tal-enerġija fir-Renju Unit diġà għolew għal £450 fix-xahar u f’Ottubru li ġej se jogħlew għal £750.

Ekonomija

Sport