Saturday, October 26, 2024

Il-kontinġent Arġentin milqugħ minn eluf ta’ partitarji mal-wasla tiegħu fi Buenos Aires

Aqra wkoll

Il-players tal-Arġentina flimkien ma’ Lionel Messi rritornaw pajjiżhom bħala eroj hekk kif ġew milqugħa minn eluf ta’ partitarji fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Ezeiza wara li niżlu fi Buenos Aires wara t-trijonf  tagħhom tat-Tazza tad-Dinja.

Il-kontinġent Arġentin wasal f’pajjiżu għall-ħabta tas-2.20 am ħin lokali tat-Tlieta filgħodu wara titjira ta’ madwar 21 siegħa.

Kif kien jixraq, Messi, li kien l-ispirazzjoni tat-team, ħareġ mill-ajruplan l-ewwel u għolla t-trofew tat-Tazza tad-Dinja hekk kif hu u l-coach, Lionel Scaloni, ħarġu fuq it-taraġ tal-ajruplan biex isellmu lill-partitarji li kienu qed jistennewhom.

Hekk kif il-players niżlu l-ajruplan, huma mill-ewwel rikbu fuq xarabank miftuħa fi triqithom lejn il-kwartieri ġenerali tal-FA Arġentina.

Minkejja t-titjira fit-tul, il-players kienu għadhom f’burdata ta’ briju u ċelebrazzjonijiet hekk kif bew xejru lill-partitarji li bdew jirreċiprokaw b’kant ta’ “champions tad-Dinja!”

Sport