Monday, December 23, 2024

Il-kontinġent Malti jirritorna lura mit-Turkija

Aqra wkoll

Jirritorna lura mit-Turkija l-kontinġent Malti kompost minn 32 uffiċjal u kelb tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Ħabbar dan il-Ministru Byron Camilleri permezz ta’ messaġġ li tella’ fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook.

“Dawn il-ħaddiema li t-Tnejn uħud minnhom ħarġu għax-xogħol, mingħalihom se jmorru fl-istazzjon tagħhom, u matul il-ġurnata ċemplu lill-familjari u qalulhom li se jsiefru lejn it-Turkija m’għandix ħlief ammirazzjoni lejhom,” kien iddeskriva lill-pumpiera Maltin waqt is-seduta parlamentari tat-Tlieta li għadda.

Din kienet l-ewwel esperjenza ta’ ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili Maltin li rħewlha barra minn xtutna biex isalvaw lin-nies minn qalb it-tifrik u d-diżastru li ħallew it-terremoti tat-Turkija u s-Sirja.

Ekonomija

Sport