Friday, December 27, 2024

Il-Korea ta’ Fuq lesta li żżid il-ħażna ta’ armamenti nukleari

Aqra wkoll

Waqt il-parata militari li saret iktar kmieni din il-ġimgħa ġewwa l-Korea ta’ Fuq, il-mexxej Kim Jong-un qal li huwa jrid ikompli jsaħħaħ il-ħażna ta’ armamenti nukleari. 

Waqt din il-parata – li saret biex tfakkar id-90 anniversarju tat-twaqqif tal-armata – fost l-oħrajn ġew esebiti għadd ta’ missili ballistiċi interkontinentali (ICBM) li huma pprojbiti, missili ballistiċi li jiġu sparati minn sottomarini kif ukoll missili iperskoniki. 

F’Marzu li għadda l-Korea ta’ Fuq wettqet test fuq l-ikbar missila ICBM tagħha fejn l-aħħar darba li kienet għamlet dan kien fl-2017. Dan kien avveniment li ġab il-kundanna tal-komunità internazzjonali. Fid-dawl ta’ dan it-test, l-Istati Uniti imponiet numru ta’ sanzjonijiet fuq il-pajjiż. 

Fid-diskors tiegħu Kim Jong-un qal li l-armi nukleari ta’ pajjiżu huma għodda ta’ deterrent, u wissa li huwa lest li jużahom hekk pajjiżu jiġi attakkat. 

Ekonomija

Sport