Il-Korea ta’ Fuq, li kienet waħda mill-24 pajjiż li vvutaw kontra l-miżura li r-Russja tingħata sospensjoni mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda (UNHRC), qed tikkritika d-dħul ta’ din il-miżura.
Lejn l-aħħar tal-ġimgħa l-oħra, ir-Russja ġiet sospiża mill-Kunsill wara li ttieħed vot favur din il-miżura mill-membri tal-Assemblea Ġenerali. Dan seħħ b’rabta ma’ evidenza li l-forzi Russi qatlu għadd ta’ Ukreni, b’mod speċjali għall-atroċitajiet li seħħew f’Bucha.
F’diskors li sar mill-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq, huwa qal li: “Il-pjan tal-Amerka huwa li tiżola lill-pajjiżi indipendenti sabiex hi tkun tista’ żżomm kontroll tad-dominanza inumana tagħha fil-konfront tar-Russja”. Dan kien irrappurtat mill-midja internazzjonali Reuters.