Fl-aħħar sigħat kien irrapportat li l-Korea ta’ Fuq sparat għadd ta’ tiri ta’ artillerija. Żvela dan il-militar tal-Korea t’Isfel u dan qiegħed ikun meqjus bħala turija oħra ta’ forza min-naħa tal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un wara li dan wiegħed li se jkompli jsaħħaħ il-qawwa militari ta’ pajjiżu.
L-uffiċjali ta’ Seoul ma tantx taw dettalji dwar dan l-aħħar żvilupp, iżda qalu li l-armi użati kienu tradizzjonali, ta’ distanza qasira u altitudni baxxa. Dan il-każ seħħ hekk kif nhar is-Sibt li għadda Kim Jong Un ippreżenta l-miri tiegħu għat-tisħiħ tal-qawwa militari biex skontu l-Korea ta’ Fuq tipproteġi s-sovranità tagħha mill-tal-Korea t’Isfel.