Il-Korea ta’ Fuq qalet li wettqet b’suċċess test fuq arma ġdida li skonthom se ttejjeb sinjifikament il-kapaċitajiet nukleari tagħhom.
Ritratti li ġew ippubblikati fuq il-midja tal-istat ta’ Korea ta’ Fuq kienu juru lill-kap Kim Jong-un jitbissem u jċapċap hekk kif kien qiegħed jassisti għat-testijiet fuq il-missila l-ġdida.
Esperti li tkellmu ma’ midja internazzjonali qalu li dan kollu qiegħed jagħti indikazzjoni li l-Korea ta’ Fuq qiegħda tippjana li twettaq test fuq arma nukleari kumpatta – dik li bl-Ingliż hija magħrufa bħala tactical nuclear weapon.
Skont sorsi qrib it-tmexxija ta’ Kim, dan tal-aħħar ta struzzjonijiet diretti biex ikun hemm tisħiħ fis-sistema tad-difiża nukleari tal-pajjiż.
Min-naħa tagħha l-Korea ta’ Fuq ikkonfermat dawn it-testijiet filwaqt li l-Istati Uniti qalet li qiegħda tosserva s-sitwazzjoni.