Monday, July 14, 2025

Il-Korea ta’ Fuq twiegħed appoġġ totali lir-Russja fil-gwerra fuq l-Ukrajna

Aqra wkoll

F’laqgħa li l-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un kellu mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu Sergei Lavrov, ġew diskussi diversi temi kif iż-żewġ pajjiżi jistgħu jaħdmu aktar fil-qrib ta’ xulxin.

Il-midja tal-Korea ta’ Fuq irrapportat li Jong Un wiegħed “appoġġ bla limitu” lir-Russja biex tkompli twettaq il-gwerra kontra l-Ukrajna.

Jong Un qal li Pyongyang lesta “tagħti dak kollu li jridu l-mexxejja Russi” biex b’hekk tirbaħ il-gwerra fl-Ukrajna.

Uffiċjali tal-pajjiżi tal-Punent fosthom l-Istati Uniti qalu li r-Russja kellha magħha mill-inqas 11,000 suldat mill-Korea ta’ Fuq li kienu huma li qegħdin jiġġieldu fil-fruntiera fl-Ukrajna. 

Ir-Russja dejjem ċaħdet li kellha truppi mill-Korea ta’ Fuq, iżda filmati li kontinwament jidhru fil-midja internazzjonali juru ħaġa oħra.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport