Sunday, December 29, 2024

Il-Korp tal-Pulizija jgħid li ntqalet il-verita kollha waqt il-konferenza b’rabta mal-qtil ta’ Nicolette Ghirxi

Aqra wkoll

B’referenza għal stqarrijiet li saru fl-aħħar sigħat b’rabta mal-qtil ta’ Nicolette Ghirxi, il-Korp tal-Pulizija jiċħad b’mod kategoriku l-allegazzjoni li dettalji li ngħataw f’konferenza tal-aħbarijiet fit-12 ta’ Awwissu 2024, ma kellhomx mill-verità.

Dan qalu l-Korp tal-Pulizija fi stqarrija, fejn intqal li l-Korp tal-Pulizija ser ikun qiegħed jikkopera mal-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar ilPulizija, immexxi mill-Imħallef irtirat Geoffrey Valenzia, u ser ikun qiegħed jesebixxi ddokumenti kollha fil-pussess tal-Pulizija, inkluż rifjut bil-miktub mill-vittma kif provdut mir-risk assessors tal-Aġenzija Appoġġ fit-22 ta’ April 2024.

Ġie spjegat ukoll kif il-Korp tal-Pulizija jfakkar ukoll kif minkejja dan ir-rifjut, kif anke jiġri f’każijiet oħra, il-Victim Support Unit tal-Korp kien xorta waħda għamel kuntatt mal-vittma nhar it-23 ta’ April 2024, liema servizzi ġew irrifjutati.

Filwaqt li l-Korp tal-Pulizija huwa prekluż milli jgħaddi kummenti ulterjuri dwar il-każ, jinnota ċ-ċaħda kategorika tal-FSWS dwar tali allegazzjonijiet. Il-Korp tal-Pulizija fl-aħħar snin ta prijorità lill-vittmi tal-vjolenza domestika, anke bit-twaqqif
tal-Gender-Based & Domestic Violence Unit li qiegħed jassigura servizz aktar professjonali u empatiku.

Dan qiegħed iwassal għal żieda drastika fin-numru ta’ persuni li llum qegħdin jersqu lejn dan is-servizz u jagħmlu rapporti ta’ vjolenza domestika. Il-Korp tal-Pulizija huwa kommess li jkompli jsaħħaħ din il-ħidma, f’koordinazzjoni ma’ aġenziji
oħra.

Ekonomija

Sport