Il-Korp tal-Pulizija jagħmel referenza għal dikjarazzjonijiet li saru aktar kmieni mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li l-Kummissarju tal-Pulizija bagħat lil xi pulizija jarrestaw żagħżugħ li waħħal banner.
Il-Korp ċaħad kategorikament din id-dikjarazzjoni. Mhux biss il-Kummissarju ma bagħat lil ħadd jarresta żagħżugħ, iżda l-pulizija diġa wieġbet lill-media, li kien hemm residenti li għamlu rapport dwar persuna suspettuża u l-pulizija għamlet verifika fuq ir-rapport ta’ dawn irresidenti.
Mill-istħarrig tal-pulizija rriżulta x’seħħ u x’kienu l-fatti u l-pulizija ma ħadet ebda passi.