Friday, December 13, 2024

“Il-Korp tal-Pulizija jinsab f’sitwazzjoni ħażina ħafna” 

Il-kelliem għall-Intern u s-Sigurtà u r-Riformi f'isem il-PN

Aqra wkoll

Il-kelliem għall-Intern u s-Sigurtà u r-Riformi f’isem l-Oppożizzjoni Joe Giglio qal li l-Korp tal-Pulizija jinsab f’sitwazzjoni ħażina ħafna.

Giglio qal li l-moral mhux biss hu f’livell baxx, iżda s-sens ta’ demotivazzjoni nxterdet kullimkien. Huwa żied jgħid li pajjiżna jinsab f’sitwazzjoni fejn ir-rekluti huma kważi kważi inqas minn dawk l-uffiċjali li qed jitilqu mill-korp.

Huwa sostna li hemm bżonn li jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Pulizija biex aktar persuni jagħżlu din il-karriera.

Il-Partit Nazzjonalista temm jappella lill-Gvern u lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jassiguraw it-tibdil meħtieġ biex il-Korp jissaħħaħ mill-ġdid f’din il-ġlieda kontra l-kriminalità.

Ekonomija

Sport