Thursday, September 19, 2024

Il-Korp tal-Pulizija jorganizza laqgħa informali għal Liaison Officers responsabbli mill-infurzar tal-liġi

Aqra wkoll

Fil-jiem illi għaddew, il-Korp tal-Pulizija ospita laqgħa informali għal Liaison Officers responsabbli mill-infurzar tal-liġi minn diversi pajjiżi madwar id-dinja.
Għal din il-laqgħa, li saret fil-Forti Sant’Iermu, ipparteċipaw 17-il uffiċjal minn 9 pajjiżi, kif ukoll diversi uffiċjali għolja tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.

Matul din il-laqgħa ġew diskussi diversi temi, fosthom il-koperazzjoni u l-isfidi li dawn l-uffiċjali jiffaċċjaw, metodi ta’ kif għandha titjieb l-effiċjenza u l-kooperazzjoni bilaterali, kif ukoll l-opportunitajiet li dawn il-liason officers jistgħu joffru fl-infurzar tal-liġi.

L-uffiċjali li attendew għal din il-laqgħa huma mħarrġin biex jittrattaw każijiet kumplessi, filwaqt li jirrispettaw il-prattiċi diplomatiċi internazzjonali, il-kulturi ta’ infurzar barrani, kif ukoll jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bilaterali u reġjonali.

Dawn l-istess uffiċjali jassistu filprevenzjoni u investigazzjoni f’każijiet ta’ terroriżmu u reati serji. Il-parteċipanti kollha faħħru l-organizazzjoni ta’ din il-laqgħa u ddeskrivewha bħala pass importanti fit-tisħiħ tal-koperazzjoni bejn id-diversi uffiċjali tal-infurzar tal-liġi.

Il-Korp talPulizija ta’ Malta jirrikonoxxi l-kontribut importanti li joffru dawn il-Liaison Officers filprevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati serji f’diversi pajjiżi.

Il-Korp tal-Pulizija se jibqa’ kommess li jsaħħaħ il-kooperazzjoni strateġika u operazzjonali malLiaison Officers u jospita avvenimenti simili fil-futur.

Sport