Id-Deputat Laburista. Joe Mizzi fl-intervent tiegħu dwar l-estimi ta’ dħul u nfieq għas-sena finanzjarja 2020 għal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) iddikjara li din il-korporazzjoni għall-ewwel darba qabżet il-€100 miljun f’turn over. Hu saħaq li l-korporazzjoni kienet qed tagħmel €1 miljun qliegħ kull xahar.
Hu saħaq li sa l-aħħar tas-sena 2019 tħalliet f’pożizzjoni finanzjarja b’saħħitha u għalhekk tista’ tiffaċċja l-isfidi. Spjega li din il-korporazzjoni tiddependenti fuq id-dħul mill-bejgħ tal-ilma u qal li dan jiddependi sew mill-meters li fl-2019 inbidlu xejn inqas minn 24,000 meter. Din tfisser żieda ta’ 30% fuq is-sena ta’ qabel”.
Spjega li “l-ġibjun ta’ Ħal Luqa kien ilu mis-sean 2004 ikkundannat u dan issa se jinbeda ix-xogħol fuqu.”