Saturday, December 21, 2024

Il-Kosovo japplika uffiċjalment għal sħubija mal-Unjoni Ewropea

Aqra wkoll

Wara jiem sħaħ ta’ stennija, ilbieraħ il-Prim Ministru tal-Kosovo Albin Kurti ffirma uffiċjalment biex pajjiżu jissieħeb fl-Unjoni Ewropea.

Il-President tal-pajjiż Vjosa Osmani wara li ffirma l-applikazzjoni qalet li “l-Jum tal-14 ta’ Diċembru se jkollu żewġ ġrajjiet importanti għal Kosovo. Waħda li applikajna b’mod uffiċjali biex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea u l-oħra li llum qed jiċċelebbraw l-anniversarju ta’ meta twaqqfet l-armata tagħna.”

Il-President qalet li ma kien hemm l-ebda alternattivi oħra ħlief li ssir din l-allikazzjoni biex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea. Osmani qalet li din id-deċiżjoni hija b’dedika għat-tfal kollha tal-pajjiż li qed jittamaw ġejjieni sabiħ.

Hi sostniet li l-proċess biex il-pajjiż jissieħeb fl-Unjoni Ewropea jista’ jkun wieħed twil, però kulħadd hu determinat li dan il-proċess jasal fi tmiem.

Ekonomija

Sport