Il-klabb lokali Iron Taekwondo League (ITL) beda l-istagun tas-sena b’kamp ta’taħriġ fil-Greċja, fejn il-Kowċ tal- ITL, Gianluca Barbara, mexxa wkoll sessjoni ta’ kowċing.
Il-Kamp Internazzjonali tat-Trainning, l-ewwel ta’ dan it-tip, kien immexxi mill-kowċis Griegi Toula u Vaso Christidou, ex-ċampjins u plejers magħrufa tat-tim Galeb tas-Serbja. Xi wħud jistgħu wkoll jiftakru lil Toula bir-rebħa ta’ medalja fil-Kampjonat Dinji tal-Junior fil-Messiku fl-2010, filwaqt li Vaso hija kowċ magħrufa fl-istili ta’ arti marzjali oħra, inkluż il-Judo u s-Sambo.
Il-kamp, li sar mill-17 sal-20 ta’ Jannar 2025, sar f’Ptolemaida, u laqa’ madwar 170 atleta minn etajiet varji.
It-tim Malti beda l-ewwel sessjoni tal-kamp ftit minuti wara l-wasla tagħhom nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Jannar. Hawn, il-kowċ ITL Gianluca Barbara mexxa sessjoni teknika/tattika li stabbiliet l-andament għall-ġurnata ta’ wara.
Is-Sibt filgħodu, l-atleti igawdu minn sessjoni ta’ sparring intensiva, segwita minn sessjoni teknika/tattika mill-kowċ Toula. Il-Ħadd, il-kowċ Vaso kkordinat sessjoni tagħha stess li kopriet diversi aspetti tekniki tal-logħba. Dan ġie segwit minn sessjoni ta’ sparring filgħaxija bejn ITL u l-klabb Eordaiki Dinami.
Matul iż-żjara fil-Ġreċja kien hemm ukoll ħin ta’ rilassament li ppermettew lil kulħadd jisiru jafu lil xulxin aħjar biex jinbnew ħbiberiji ġodda.
Il-1st International Sparring Seminar temm b’kummenti pożittivi u b’prospett li jkun hemm edizzjonijiet oħra fil-futur.
Il-klabb Iron Taekwondo League taw ħajr lil 17-il atleta ITL, u lill-familji rispettivi tagħhom għall-parteċipazzjoni tagħhom f’dan l-avveniment importanti.
L-Assoċjazzjoni Taekwondo ta’ Malta, rraprezentata mill-President Anna Vassallo u s-Segretarja Joanne Scicluna, ringrazzjat lil Toula u Vaso Christidou għall-ospitalità tagħhom, u estendiet ir-ringrazzjamenti lill-familja u t-tim tagħhom bil-merħba li taw lit-tim Malta f’pajjiżhom.